Il-Merill



L-għasfur nazzjonali ta' Malta huwa l-Merill.


Il-kulur tal-Merill raġel huwa blu u griż filwaqt li tal-mara huwa kanella skur.


Il-Merill huwa għasfur kbir.


Il-Merill issibu fil-widien kif ukoll fuq l-irdumijiet l-iżjed dawk li jħarsu fuq il-baħar.


Dan ibejjet fl-irdumijiet fix-xhur ta' Marzu/April sa Mejju/Ġunju.


Il-Merill ipassi minn post għall-ieħor.


Il-Merill jiekol ġurati, bebbux, dud, ħanfus u gremxul.


Hawn Malta barra il-Merill issib għasafar oħra fosthom il-ġojjin, il-barbaġann, il-bilbla, il-bufula, il-gawwija, il-pitirross, is-summiena, iz-zakak, il-gamiema u l-kuċċarda.


Il-Merill huwa protett bil-liġi għax huwa l-għasfur nazzjonali sabiex in-nies ma jaqbduhx.


Qabel ma bdiet tintuża l-ewro, fuq il-munita tal-lira Maltija kien hemm stampa ta' dan l-għasfur.