Il-Kamra Favorita Tiegħi - Kitba ta' Nina Bone

Il-kamra favorita tiegħi hija l-kamra tal-ikel.

Inħobb din il-kamra għax fiha nista' nitkellem mal-familja u niekol ikel tajjeb ħafna.

F’din il-kamra għandna ‘fireplace’ li fix-xitwa nagħmlu n- nar ġo fih u noqogħdu ħdejh nisimgħu l-mużika.

Il-kamra hija mżejna b’affarijiet li l- mama’ u l- papa’ ġabu minn pajjiżi differenti bħall-Indja u l-Messiku qabel ma kellhom lilna.

Il-kamra tal- ikel fiha tliet arkati kbar li jinfdu għas- salott, għall- kċina u għall- bitħa.

It-taraġ jitla' għal ġol- kamra tiegħi li hija it-tieni kamra favorita tiegħi. Ġol-kamra tal-ikel jien għandi ħafna memorji sbieħ ta’ birthday parties u okkażjonijiet oħra li niċċelebraw f’din il-kamra.

upgrade
i
loading