

Il-frotta favorita tiegħi
Il-frotta favorita tiegħi hija larinġa. Il-larinġa hija oranġjo u fiha ż-żerriegħa.
Il-larinġa ġieli tkun żgħira u ġieli tkun kbira.
Hi vera ratba u fiha l-meraq. Ġieli tkun ħelwa manna u ġieli tkun qarsa.
Hi tikber mas-siġar u nsibuha kważi s-sena kollha.
Jien ġieli nqaxxar il-larinġa u niekolha u ġieli nagħsarha u nixrob il-meraq tagħha.
Togħoġobni għax peress li fiha l-meraq taqtali l-għatx.
Sena minnhom jien u ħuti ħadna sehem fir-riklam tal-Festa taċ-Ċitru li tiġi ċċelebrata kull sena fil-ġonna ta' San Anton mill-President ta' Malta b'risq il-Community Chest Fund.