Il-Jum Oranġjo
Darba fost l-oħrajn, Sabrina u James kienu qed jippjanaw xi attivitajiet għall-Jum Oranġjo. Waqt li kienu fil-bitħa tal-iskola Sabrina saqsiet lil James.
Sabrina: X'inhu l-Jum Oranġjo, James ?
James: Il-Jum Oranġjo huwa l-jum kontra l-vjolenzja u l-ibbuljar.
Sabrina: U għaliex ngħidulu hekk ?
James: Għax bl-ingliż jgħidu "Brigħt colours for the future".
Sabrina: Fejn ser nagħmlu l-attivita' u meta?
James: Jiena naħseb nagħmluha ġol-iakola taż-Żejtun għada mill-erbgħa sas-sebgħa ta' filgħaxija.
Sabrina: Taf x'nagħmlu James!
James: Xiex? Xiex?
Sabrina: Nagħmlu xi flokkijiet oranġjo!
James: X'idea tajba ħriġt biha.
James: U wkoll nagħmlu xi "muffins". Ommi taf kif!
Sabrina: Kemm taf James!
James: Issa taf x'nagħmlu? Il-posters!
Sabrina: Stenna ftit, l-ewwel ngħidu lis-surmast jekk jgħidilna iva nistgħu nagħmlu n-numru tiegħu.
James: Mela ejja ħa mmoru.
Sabrina: Ejja iġri, torqodx!
Sabrina: Surmast nistgħu inkelmuk.
Surmast: Iva mela, idħlu.