Direzzjonijiet għaċ-ċinema


Turist: Bonġu! Nista' nsaqsik xi ħaġa?


Elena: Mela le! Għidli.


Turist: Tista' tagħtini d-direzzjonijiet għaċ-ċinema jekk jogħġbok?


Elena: Dażgur! Imxi tul din it-triq u meta tasal f'salib it-toroq ikser fuq il-lemin. Wara imxi sakemm tara triq fuq ix-xellug tiegħek u ikser fuqha. Aqbeż il-ħanut tal-pastizzi u għandek issib iċ-ċinema faċċata tal-ħanut tal-kotba.


Turist: Grazzi minn qiegħ qalbi għall-għajnuna li tajtni!


Elena: Nista' naqdik f'xi ħaġa oħra?


Turist: Le, m'hemmx għalfejn, grazzi xorta waħda!


Elena: Il-bqija tal-ġurnata t-tajba u saħħa!


Turist: Grazzi u saħħa!