Xita" ta' Mary Meilak


Xmejxa, xmejxa, tlift ix-xuxa,

xitwa xxejjen kien min kien,

tibda x-xita tbexxex, traxxax,

xilxa u ħxejjex ġol-widien.


Xita, xita x-xufftejn tkemmex,

fxilt ix-xejxi tax-xbejbiet,

xniexel, ċoffi u xarbitelli

int xkupajt bil-kwiet il-kwiet.


Xita xxattab elf xalata,

xita ttextex mingħajr xaħam,

xkumvat taqli f'xalel, xalpi,

lilna n-nies tad-demm u l-laħam.


Xita xxarrab wileġ, xagħri,

xaħx, xaħxiħ u xaħmet l-art,

bliet u xtut u xquq u ħotob,

xorba xxabba' x-xtiel u l-ward.


Xita xxenxel frak tal-ilma,

xmajjar fetħu t-triq,

xuxxarell mix-Xlokk jonfoħ

jiggranfah ix-xmiel jixtieq.