Lura Fiż-Żmien
Kont miexja fit-triq biex immur nixtri u meta kont se naqsam it-triq ġiet xatba twila u kbira quddiemi u smajt vuċi jgħidli "Iona idħol f'din ix-xatba biex tmur lura fiż-żmien." Jien stagħġibt u dħalt. Meta dħalt rajt ħafna drawwiet tal-imgħoddi,ikel,festi,ilbies! Jiena staqsejt lili nnifsi fliema sena qiegħda? Imma meta kont se nistaqsi lil xi ħadd tiġi tfajla tgħidli biex nilgħab maħa, malli qaltli isima u kuljoma ħassejt il-friefet iduru miegħi!
Dik it-tfajla kienet nannti! Hi kienet qiegħda tilgħab il-passju mal-ħbieb taħa. Ħin minnhom indunajt li ma kienx hemm karozzi, ħlief nies bir-roti u bil-karretun u biż-żwiemel ma tarax! Ħafna nies kienu ukoll libsin ħafna differenti minni. Nisa xagħarhom twil bil-frenża goffa u irġiel b'xagħarhom qisu ta' buffu. Bdejt ninduna kemm kienu sbieħ l-affarijiet. Tant kemm għoġbuni li ridt nipprova kollox!
L-ewwel bdejt nilgħab passju u boċċi, wara bdejt nirkeb ir-roti mbgħad in-nannu ta' nannti rikibna fuq il-karretun biż-żiemel! Ukoll pruvajt il-perlini,pastizzi u ħafna ħelu. Fl-aħħar indunajt li kont qeda fl-1962! L-aħħjar ħaġa kienet li ndunajt li kollox kien aħjar mingħajr il-mowbajls u l-internet!