Lura fiż-żmien

F'daqqa waħda sibt ruħi quddiem xatba. Din ix-xatba kienet blu u oranġjo. Ħassejt iż-żiffa tar-riħ kiesħa ma' wiċċi. Bdejt nisma l-mewġ tal-baħar iħabbat mal-blat. Il-baħar kien imqalleb ħafna.


Smajt folla nies u ċorma tfal jgħajjtu għal-għajnuna. Mort nara x'kien ġara u lmaħt vapur qed jegħreq. Il-vapur kien enormi u kien ikkulurit sakemm għereq. Ħassejt ħafna biza' u qbadt inwerżaq. Sfortunatament ħadd ma semani.


Qbadt il-kenura u l-moqdief u bdejt naqdef għal ħdejn il-vapur. Rajt in-nies jaqbżu mill-vapur u jwerżqu ħafna. Ippruvajt ngħin lil ċerti nies u tellajthom fuq il-kenura. Fl-aħħar rajt lil tas-salvataġġ bid-dgħajjes ġejjin.


Bdew jgħinu n-nies u jtellawhom fuq id-dgħajsa. Tas-salvataġġ kienu mlibsin ġakketta tas-salvataġġ. Wieħed wara ieħor bdew tilajn fuq id-dgħajsa. Tas-salvataġġ bdew jgħodsu madwar il-vapur biex jiċċekjaw jekk kienx hemm iktar nies. Bdew isejħuli bħala l-eroj tagħhom.


F'daqqa waħda erġajt sibt ruħi quddiem ix-xatba. Din kienet esperjenza meraviljuża imma fl-istess ħin tal-biza'.