Ftit ilu daqs xi ġimagħtejn ilu bdejt nitgħallem ir-rota. Domt iktar nissara biex nitgħallem ir-rota milli biex tgħallimt ir-rota. Jien qabel ma bdejt nitgħallem ir-rota kont nosserva kull tfla fuq xi rota għax kont imxxenqa biex insuq ir-rota. Issa tgħallimt insuq ir-rota seww u vera sodisfatta. Ir-rota tiegħi hija tad-ditta BMX.
Ir-rota ma kinitx tqila biex titgħallima daqs kemm ħsibtha. Oħti ukoll tgħallmita. Meta nsuq ir-rota inħossni kalma. Biex titgħallem ir-rota irid ikollok muskoli bssaħithom sabiex ir-rota tkun tista' isuqha seww. Trid tkun paċenzjuża fill-bidu għax xi naqa tweġġa' b'dak is-sedil sakemm tidrah.
L-aħjar vantaġġi fir-rota huma li tħaddemm il-muskoli u li tieħu gost l-aqwa li ma titkesaħx fuq ir-rota għax tista' tweġġa' serjatament. Hemm tfal u kbar anki jispiċċaw l-isptar għax iweġġgħu serjatament. Għalija r-rota hija sors ta' paċi. Wara li jien insuq ir-rota inħoss id-demm ibaqbaq ġo kuxtejja.
L-isports Favorit Tiegħi