Għażiża Rose,
Nispera li tinsab tajba fid-dar il-ġdida. Kif inhuma il-familijari? Qiegħda tieħu gost ġewwa New Zealand? Liema aħjar New Zealand jew l-Awstralja?
Malta tidher żgħira imma lanqas naf minfejn nibda. Ġewa Malta għandha ħafna pastizzi fil-fatt kull rokna hemm xi ħaddd li jbigħ il-pastizzi. Hawn Malta jħobbu ħafna ħut allura ġewwa Marsaskala u Marsaxlokk tisma' nies jgħajtu biex ibigħu l-ħut. Marsaxlokk huwa margħuf għal luzzu kkuluriti u l-ħut.
Għandna ħafna nies importanti, bħal Dun Ġorġ Preca, Dun Karm Psaila miet bl-eta' u kiteb l-Innu Malti, Dun Ġorġ ħoloq il-muzew għat-tfal biex jitgħallmu fuq Ġesu'. Il-Belt kapitali ta' Malta hija l-Belt Valletta u l-belt l-antik hija l-Imdina. L-Imdina huwa post kwiet għax fi żmien il-gwerra kienu jistkennu fit-toroq.
Kull fej tmur issib xi knisja jew kappella. B'kollox għandna tliet mieja ħamsa u sittin knejjes. Aħna għandna ħafna ikel differenti bħal bigilla, kinnie, gbejniet u pastizzi.
Nispera li xi darba tiġi Malta
Saħħa,
Michela
Email lil xi ħadd li naf