Spettaklu ta' talenti
Ġbir ta' fondi għal tfal bi bżonnijiet speċjali.
Se jsir "Show" miġjub għall-publiku mit- tfal ta' l-iskola San Tumas More Żejtun.
Meta se jseħħ dan għeżiż qarrejja dan it-"Talent Show", nhar il-Ġimgħa 17 ta' Frar mill-erbgħa sall-ħdax ta' bilejl, ġewwa t-teatru tal-Belt Valletta. Se jkun hemm ħafna u ħafna talenti li b'ġenerożita' kbira ilhom jaħdmu biex dan ix-xow iseħħ b'suċċess.
Għal dawn l-aħħar sitt xhur dawn it-tfal bdew jippreparaw. It-tfal li se jiparteċipaw se jkunu min eta' ta' ħames snin u sittax -il sena. Għalek nistiednu lil kulħadd jattendi għaliex żgur se tkun serata sabiħa mimlija ferħ, talent u brijju, fejn l-ikel u l-ħelu tradizzjonali żgur mhux se jonqos.
Bħala poplu ejja nitħeġġu biex bil-għan li ngħinu, nieħdu gost u nitpaxxew bit-talent ta' tfal. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-iskola primarja taż-Żejtun għall-prezz ta' €5.
Kull qliegħ li jsir dakinhar se jinata għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Il-parking bxejn.
Nisperaw li tiġu.