Ktieb li qrajt jismu; It-Twelid ta' Ġesu'

Miktub minn; Natalie Portelli


Marija kienet għarusa lil Ġużeppi l-mastrudaxa. L-anġlu Gabriel deher lil Marija. Hu qallha l-Ispirtu t'Alla jinżel fuqek u jkollok tifel jissejjaħ bin Alla. L-anġlu Gabriel ukoll deher lil Ġużeppi u qallu bl-aħbar li se jkollhom tifel u jsemmuh Ġesu' u talbu biex jieħu ħsiebu daqs li kieku kien ibnu. Bdew il-vjaġġ għal Bethlem b'Marija riekba fuq ħmara. Lanqas kellhom fejn jorqdu u sabu għar li kien jintuża għall-annimali. Hemm hekk twieled Ġesu' Bambin. Is-slaten Maġi mill-ewwel innutaw stilla ġdida tiddi fis-sema. Intebħu li twieled re ġdid. L-istilla l-ġdida wriethom it-triq lejn Betlehem. Is-slaten Maġi tawh deheb, inċens u mirra. Ġużeppi, Marija u Ġesu' f'idejha ħarbu lejn l-Eġittu u meta miet Erodi, marru lura Nazaret. Ġesu' kiber ferħan.


TMIEM