Maltempata Kbira



Darba waħda s-sena l-oħra, Kien hemm maltempata perikoluża u weġġgħu anki xi nies.


Ma ħriġtx mid-dar għax stajt inweġġa' sew. Il-familja tiegħi kienet imbeżża' għax ħdejna hemm ħafna siġar u setgħet taqa' fuq id-dar tagħna u tinkiser. Kien hemm riħ ivenven u fuq it-televiżjoni rajt ħafna siġar imaqqgħin. Ħitan tas-sejjieħ iġġarrfu u min jaf kemm tgħaffġu annimali taħtu!


Kien hemm kesħa xxoq l-għadam, allura mort nagħmel belgħa te'. Meta kont fil-kċina nqata' d-dawl u smajna tisbita kbira. Morna niċċekjaw barra u rajna siġra li waqgħet fuq karozza. Reġa' ġie d-dawl u fuq it-televiżjoni rajna xi karozzi ġol-baħar għax kien hemm it-triq mgħarrqa. Xi ħut tela' fuq l-art bir-riħ qawwi u iktar siġar spiżżaw ma l-art.


Ħafna nies li joqogħdu ħdejn il-baħar kienu mbeżżgħin ħafna għax bdew jegħrqu d-djar. Kien hemm raġel isuq u waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu, hu ma mietx, imma wuġġa' sew għax tgħaffiġtlu idu. Aħna kellna dgħajsa żgħira u l-maltemp farrakielna!


Fl-aħar kollox għadda b'wiċċ il-ġid u qawsalla kollha lwien feġġet fis-sema u ħadd ma weġġa' fil- familja tiegħi.