Storja Avventuruża



Kienet xemx taqli l-ankri u t-tlett kuġini Ben, Miguel u Glen irħewlha għal avventura mhux tas-soltu, flimkien maz-ziju Joe. Huma ħadu magħhom ħafna ikel u xorb għax kien bi ħsiebhom jimxu fit-tul fil-foresta.


Huma sabu siġar ta kull għamla, kbar, żgħar, twal u qosra. Huma mxew ħafna u xi drabi waqfu jistrieħu u jitrejqu. Kollox kien miexi sew sakemm f'daqqa waħda t-tfal intilfu u nfirdu minn maz-ziju. Inqala' paniku sħiħ u kienu mbeżża' ħafna. Huma poġġew bilqiegħda fuq biċċa ġebla biex jikkalmaw u xorbu ftit ilma.


Għadda ħafna ħin u z-ziju baqa' ma tfaċċax. It-tfal kellhom ikomplu jimxu għax ma setgħux jibqgħu f'nofs il-foresta. Ħin minnhom sabu ruħhom f'fetħa kbira mingħajr siġar imma fin-nofs kien hemm binja kbira abbandunata. Huma għamlu kuraġġ u ddeċidew li jidħlu ġo fiha. X'ħin fetħu l-bieb kollu sadid u mimli trab, sabu ruħhom f'kamra kbira u mudlama. Qalbhom bdiet tħabbat sitta sitta imma daħlu flimkien inkiss inkiss. Setgħu jxommu riħa ta' umdita' kbira u trabijiet. Fl-ewwel kamra sabu ħafna affarijiet antiki fosthom muniti ta' żmien il-kavallieri, vażuni u affarijiet oħra prezzjużi. Ben ħabat ma' raġel u ħa qatgħa kbira sakemm induna li kien iz-ziju Joe!


Fl-aħħar it-tfal ingħaqdu maz-ziju. Huma ħadu l-affarijiet antiki u prezzjużi magħhom id-dar u saru sinjuri. Kienu kuntenti ħafna li għadda kollox b'wiċċ il-ġid u dakinhar stess bdew jippjanaw avventura ġdida.