Il-Milied Magħna


Fil- ħamsa u għoxrin ta' Dicembru niċċelebraw il-festa tal-Milied. Kulħadd ikun preparat imma ommi tkun ilha preparata sa mill- ewwel ta' Novembru. Aħna nġibu ħafna nies id-dar u kulħadd iġib xi ħaġa miegħu, bħal eżempju z-zija u z-ziju jġibu l-affarijiet biex innaqru u missieri jsajjar għal kulħadd.

Fil-Milied nieklu l-majjal il-forn u wara oħti l-kbira tkun lestiet il-kejk tal-Milied għal mat-te. Waqt it-te noqogħodu nilagħbu logħob bil-karti. Wara nkunu lesti biex niftħu ir-rigali, aħna dejjem nibdew mil-iżgħar sa l-akbar. Jien kont dejjem niftahom l-ewwel ir-rigali qabel ma ġiet kuġinti.

Jien qatt ma' nagħti rigali ħlief forsi xi darba tajt rigal.

Jien jagħtuni ħafna affarijiet bħal ġojjelli, ġugarelli u ġieli xi ħwejjeġ.Wara li nkunu lkoll ftaħna r-rigali inkomplu nilagħbu u nieħdu gost flimkien. Jaqbduni d-dwejjaq meta jitilqu l-mistednin. Kuġinti tkun imkaħla miegħi daqskemm tħobbni allura tinfaqa tikbi meta tiġi biex titlaq.

Il-Milied hija l-isbaħ festa għax nara l-familja maqgħuda u għax għeluq snin il-bambin.