L-Isport Favorit Tiegħi
Noħlom u noħlom! Kemm nixtieq nibda l-'horse riding'. Dan l-isport huwa vera tajjeb ghal saħħti imma tgħidx kemm trid saħħa biex tikkontrollah iż-żiemel! Jiena nħobb iż-żwiemel allura nixtieq nitgħallem nirkibhom. Trid tkun kunfidenta biex titgħallmu dan l-isport. Trid ikollok l-imħabba għaż-żiemel li tirkeb u trid tara li jafdak iż-żiemel.
Trid ikollok ħafna affarijiet bħal, sedil, 'bridle', u anke elmu, ukoll ħafna iktar. Ghal bidu trid tibda affarijiet sempliċi ħalli mbagħad tibda tagħmel affarijiet diffiċli u l-isport jibda jitqal. Hemm ħafna tipi ta' dixxiplini f' ''horse riding'' bħal, 'show jumping', 'racing', 'barrel racing' u 'dressage' u ħafna iktar!
Filwaqt jew anke qabel ma tibdieħ l-isport int u ż-żiemel tridu tkunu ppreparati u kunfidenti. Qad ma trid tinsa li dan l-isport perikoluż, imma xorta għandek tibqà sejra. L-aqwa li ma taqtax qalbek.
F'dan l-isport se taqà, tweġġà imma xorta m'għandekx tieqaf. Jien se nibqa nemmen fija nnifsi li se jirnexxili nagħmlu dan l-isport u mhux se naqta qalbi!