Il-kitba ta ' Djalogu

Immaġina li Roderick għadu qed ifittex lil Gerfex u jinsab inkwetat ferm. Waqt li kien miexi lejn il-pjazza ltaqa' mal-ħabib tiegħu James u waqfu jitkellmu. Kompli dan id-djalogu ta' bejniethom.

James: Ara Roderick! X'minnek? Kemm tidher inkwetat!


Roderick: Iva sieħbi, jien naqra inkwetat għax ħarabli l-kelb!


James: Dan x'fettillu ħarab?


Roderick: Mort nixtri lil ommi, ftaħt il-bieb u ma ndunajtx li kien wara l-bieb! Nispera li ma tajritux xi karozza!


James: U le, toqgħodx taħseb fil-ħażin. Issa tara kif jerġa' lura dalwaqt. Jekk nista' ngħinek f'xi haġa, ċempilli.


Roderick: Iva, ċaw u sahha sieħbi.