Maltempata Kbira
Kont qiegħed id-dar, fl-20 ta' Jannar 2021, u kont qed inħares barra mit- tieqa meta bdejt nara sħab iswed ġej. Qabdet nieżla ħafna xita u beda jvenven ir- riħ.
Meta kont qed nara x-xita nieżla , faqqgħet sajjetta kbira u bil- qatgħa lil ommi waqgħetilha l- borma mimlija għaġin u għamlet storja! Wara ftit ix- xita qabdet nieżla bil-qliel u kellna ħafna kesħa.
Meta rajna l- aħbarijiet ta 'wara nofsinhar, qalu li kien hemm baħar qawwi u daqs kemm kien qawwi ġibed il-karozzi l- baħħar. Ir- riħ beda jżid ukoll u waqqa' ħitan tas- sejjieħ, weġġgħu ħafna nies u kien hemm ħafna inċidenti bil-karrozzi.Meta kont qed nara it- televiżjoni nqata' d-dawl u kien waqa' dlam ċappa.
Imma wara ftit ġranet ikkalma kollox u qawsalla kollha lwiem feġġet fis-sema.