Kitba ta' Ittra
Għażiża Ġuża,
Kif inti? Kif inhuma z-ziju Joseph u l-kuġini Mary u John? Nispera li huma jinsabu tajbin u ferħanin. Il-familja tiegħi u jien kollha ninsabu qawwijin u sħaħ.
Zi, għandi sorpriża kbira għalik, imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xewk. Il-Ħadd li għadda rbaħna logħba important kontra Marsaskala.Illum għamilt ħbieb ġodda jisimhom Chris u Josephina fl-iskola l-ġdida. Xtrajna karozza ġdida. Taf kemm hi sabiħa! Bluna fuq quddiem u wara iswed.Ġewwa wkoll sabiħ.
Zija Ġuża, is-sorpriża hi li se niġu għandek l-Awstrajla s-sajf li ġej. Se naslu hemm fil-5 ta' Awwissu fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar hemm. Se nkunu jiena, ħija, il-mama', il-papa' u oħti. Int kuntenta li fl-aħħar se niġu narawk zi?
Hemmhekk se trkun ix-xitwa. Kif tkun ix-xitwa ta' hemm u x'tip ta' ħwejjeġ jaqblilna nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa minn Malta? Iz-ziju, jew il-kuġini, jridu xi ħaġa?
Zi, ħa jkolli nieqaf nikteb għax irrid immur il-futbol, Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasal il-mument li niltaqgħu.
In -neputi tiegħek,
Mark
13,il-Warda,
Triq il-Ħarrubba,
ZTN1234,
10 ta' Marzu 2023