Waħdi fuq gzira diżabitata.
Ħemm xi ħaġa li ħafna tfal ma jħobbux u dak ikun lintkun waħdek, mingħajr il-familja u jien hek ġrali bqajt mingħajr il-familja tiegħi għal ġimgħa sħiħa! Din l-istorja bdiet meta jiena u l-ħabibtiegħi morna nistadu fuq dgħajsa!
Aħna konna qed naqbdu ħafna tipi differenti ta' ħut meta f'daqqa waħda d-dgħajsa nqelbet! Ir-raġuni għalxiex id-dgħajsa nqelbet kien minħabba li beda maltemp qawwi u l-baħar beda jitqalleb. Wara jienarajt gżira fid-distanza allura bdejt ngħum lejha, wara xi ftit minuti ngħum, wasalt fuq il-gżira imma qabel ma stajt nimxi fuq ir -ramel u nesplora, għajnejja marret bija u irqadt. Xhin qomt kien xemxi u ma stajtx nara d-dgħajsa tagħna, lanqas lilsieħbi, allura ħsibt li ma kienx daqshekk fortunat u seta għereq. Jiena wara bdejt nesplora l-gżira u nara x'kien hemm. Jien sibt ftit frott u ħaxix x'niekol u ħalib tal-ġewż tal-indi x'nixrob u wara ftit ħin nesplora, sibt għar allura dħalt ġo fih. Wara xi ftit ġranet bdejt naħseb f'ideat biex immur lura lejn Malta, qbadt xi ftitzkuk u għamilt messaġġ bihom mal-art. Wara kwazi nofs siegħa kont lest u f'dak il-ħin eżatt rajt ħelikopter fl-arja, jiena bd3jt ngħajjat kemm niflaħ biex jarani u wara ftit ħin indunaw bija. kont ferħan sentir, meta niżel fuq il-ġzira biex isalvani.
Wara li tlajt fil-ħelikopter u wasalna lura Malta, iltqajt mal-familja tiegħi u kemm bkew bil-ferħ meta rawni. Jekk ikolli ngħid xi ħaġa oħra, kont ngħid li ħadt pjaċir fuq il-gżira nesplora u kien hemm xi ftit animmali wkoll li ġew ħdejja u ġħamilt ħbieb magħhom imma iktar inkun kuntent lura d-dar mal-familja tiegħi.