Il-Magna taż-Żmien
Darba minnhom jiena u sħabi morna r-ramla nduru u rajna xi ħaġa kbira. Sħabi qalu li kellna mmorru naraw x'inhi u morna. Din kienet magna li tieħdok lura fil-passat jew 'l quddiem fil-futur. Aħna ridna mmorru x'imkien ieħor, x'imkien li qatt ma konna morna fih qabel. Ridna mmorru fil-passat ġol-Messiku.
Aħna dħalna ġo fiha u kien hemm ħafna buttuni imma fuq waħda minnhom kien hemm miktub, "Agħfas biex titlaq". Jien għafastha u f'kemm trodd salib wasalna l-Messiku ta' dari. Meta ħriġna kien hemm dinasawru kbir ħafna.
Jiena bdejt niġri kemm niflaħ qalb il-ħaxix għax bżajt, imma fl-istess ħin bdejt nieħu ħafna pjaċir għax rajt dinasawru ħaj. Wara ftit dħalna ġol-magna u morna lura r-ramla.
Din kienet l-isbaħ avventura li qatt kelli f'ħajti kollha. Għalkemm bżajt ftit waqt li konna hemm, din tibqa' avventura sabiħa ħafna ħafna kemm għalija kif ukoll għal sħabi.