L- Isport Favorit Tiegħi
Fost diversi dixxiplini sportivi li hawn madwar id- dinja, jien l- aktar wieħed li jogħoġobni huwa l- futbol. Huwa sport kollettiv fejn kull skwadra tilgħab bi ħdax - il plejer fil- grawnd. Qabel il- futbol kont nilgħab ġinnastika, baskitbol u għawm. Il- futbol jogħġobni għax kien jidher sport sabiħ ħafna biex nilgħab.
Jien bdejt nilgħab il- futbol f' Awwissu elfejn tnejn u għoxrin. Bdejt nilgħab il- futbol mal- klabb ta' ' Marsaskala FC' minn meta kelli disa' snin. Fil kategorija tiegħi, jiena l- unika tifla li hemm. Jien tħajjart nilgħab il- futbol ħabba missieri, għax kont narah jara dan l- isport fuq it- teliviżjoni u kien interessani ħafna biex nilgħab il- futbol. Imbagħad applikajt għall- futbol. Minn meta dħalt nilgħab il- futbol, indunajt li l- futbol mhux għas- subien biss, il- futbol għall- kulħadd! Fil- passat, il- fubol kien jintlagħab mill- irġiel biss, pero' dawn l- aħħar għoxrin sena' beda jintlagħab minn nisa, wkoll filfatt fuq it- teliviżjoni naraw kompetizjonijiet mondjali għan- nis' biss li tieħu pjaċir tarhom jilagħbu daqs li kieku jilagħbu l- irġiel.