Djalogu:
Lapes: Kemm jien għajjien illum!
Gomma: Xi ġralek?
Lapes: Ġina wżatni ħafna llum.
Gomma: Aħjar minni. Qatt ma tużani lili.
Lapes: Dik għax għandha gomma oħra.
Gomma: Ġiġà? Lanqas użatni darba!
Lapes: Dejjem tuża lili għax poġġiet xi stikers fuqi.
Gomma: Insomma, jidrhu naqra sbieħ.
Lapes: Jien ma nħobbhomx, għax iweġġgħuni. :(
Gomma: Jaħasra, ma nafx x'ngħidlek!
Lapes: M'għandekx bżonn tgħid xejn.
Gomma: Grazzi.
Lapes: Ara hemm il-pinna!
Gomma: Dik? Li taħseb li hi aktar tajba minna?
Lapes: Iva dik. Kemm ma taf xejn!
Gomma: Ġejja Ġina! Narak darb'oħra. Saħħa!
Lapes: Saħħa!