Il-ktieb li qrajt jismu : L-Arka ta' Noe'
Miktub min : Natalie Portelli
Alla ħalaq dinja perfetta. Kemm iddispjacih meta n-nies saru ħżiena. Kien hemm raġel twajjeb u onest jismu Noe'. Alla qallu biex jibni arka kbira u fuqha jtella' par minn kull annimal li jeżisti. Flimkien mal-familja tiegħu jieħdu l-ikel u l-ilma. Għal erbgħin jum u erbgħin lejl se tinżel ħafna xita. L-art se tegħreq u se jsalvaw biss dawk li jkunu fuq l-arka. Bl-għajnuna t'Alla u t'ulied Noe' ħadmu l-arka. Hu prova jiftaħ għajnejn in-nies biex jaqbdu t-triq it-tajba. Ħadd ma ried jisma'. Wara li lestew l-arka n-nies tgħidx kemm daħku bih iżda Noe' kompla jobdi fuq li qallu Alla. Il-Maltempata waslet u l-bieb ta' l-arka nghalaq bl-annimali, il-familja ta' Noe' u nies ta' rieda tajba.Ix-xita ma waqfitx nieżla bil-qawwi ghal dawk il-jiem twal. Fid-dinja għereq kullimkien. Wara ħafna żmien il-maltemp waqaf Noe' telaq ħamiema u din ġiet lura b'werqa taż-żebbuġ f'munqarha. Noe' fetaħ il-bieba tal-arka u d-dinja reġghet bdiet timtela bin-nies u bl-annimali.
TMIEM