Ikteb paġna mid-djarju tat-Triq Ir-Republika.


Id-data: 31ta' Diċembru 2023

Il-Ħin: Il-ġurnata kollha.


Għażiż Djarju,


Is-sebgħa ta' filgħodu u diġa bdiet tiżreġ ix-xemx. Dejjem fl-istess ħin jiġi l-ħabib tiegħi Pawlu bl-ixkupa innadafni, tgħidx kemm nieħu pjaċir ! Fit-tmienja ta' filgħodu bdew deħlin vannijiet kbar mhux tas-soltu fejn daħlu quddiem il-palazz. Dawn in-nies ħarġu ħafna nies tipi ta' aċċessorji bħal 'speakers', wajers tad-dawl u ħafna affarijiet oħra.


F'ħakka t'għajn daħlu ħafna karozzi wara xulxin bil-pulizija magħhom kien hawn ukoll il-preżentaturi, kantanti u l-orkestra. Dawn in-nies bdew jipprattikaw għall-ispettaklu tal-lejla.


F'nofsinhar ġiet riħa tfuħ ta' ikel għax bosta nies kemm turisti, kif ukoll ħaddiema u orginazzaturi tal-ispettaklu marru jieklu min xi ristorant.


Mal-ħamsa, qabel bdew ġejjien il-folol ġew l-ambulanzi u aktar pulizija. Iktar ma beda jsir il-ħin iktar bdew ġejjien nies u l-ispettaklu beda. Tgħidx kemm ħadt pjaċir nisma' d-diski u n-nies tidħak u tieħu pjaċir ! Kienu ser idoqqu nofs il-lejl meta n-nies bdew jgħajtu n-numri bil-kontra, tlieta, tnejn, wieħed u hemmhekk kien hemm ħafna storbju u briju.


Eżatti mat-tokki ta' nofs illejl in-nies bdew jifirħu għas-sena ġdida.


Triq Ir-Republika.