Titlu: Annimali Domestiċi ġewwa l-Iskejjel


Sottotitolu: Għaliex dawn huma mportanti għall - istudenti.


Riċerka li saret riċenti mill-Assoċjazzjoni Annimali Domestiċi, turi li dawn jgħinu lit-tfal ikunu aktar responsabbli u jitgħallmu juru empatija lejn dawk ta' madwarhom.

 


Dan huwa suġġett li qed jiddiskutuh diversi skejjel Maltin u mistenni jibda jseħħ mis-sena d-dieħla. Jidher li fost ħafna li ssemmew, l-iktar annimali domestiċi li l-studenti jixtiequ li jkollhom fil-klassi huma fniek, ħut tal-ilma ħelu. fniek tal-indi u hamsters.

 


Dan il-proġett ser jgħallem lill-istudenti kif jieħdu ħsieb dawn il-kreaturi li jistgħu jkunu qed irabbu d-dar tagħhom stess. L-istudenti ser ikunu qed jitgħallmu dwar il-bżonnijiet ta' dawn l-annimali bħal ikel u xorb, il-bżonn li jgħixu f'ambjent sigur u nadif, il-bżonn ta' eżerċizzju fiżiku u l-importanza tal-imħabba li dawn għandhom bżonn u kontra l-moħqrija fuq l-annimali.

 


Dawn l-istudenti huma l-futur ta' ġejjieni mill-isbaħ jekk ngħallmuhom dawn il-valuri tant importanti.


 


Kapxin: Annimali ta' madwar id-dinja kollha li għandhom id-dritt ta' mħabba u sigurta'