Ir-Rigal ta' Sandra
L-istorja hija dwar Sandra, l-amorin u l-familja tagħha.
Minkejja li Sandra kienet ser tagħlaq seba' snin u kien ser ikollha festin, kienet mdejjqa ħafna. Dan għaliex kien ħarbiha l-amorin.
Il-mama' wissietha biex tieqaf tibki u tibda' tlesti. Sandra libset libsa sabiħa u żarbun ġdid.
It-tfal lgħabu, kielu u xorbu, kantaw u żifnu. Kemm ħadu pjaċir.
Il-kejk kien wieħed mill-isbaħ. Madanakollu Sandra xorta
kellha qalbha sewda.
Wara xi ħin, missier Sandra telaq mid-dar. Għaddew ftit
siegħat u kulħadd beda jitħasseb fejnu. Fil-pront daħal
lura d-dar b'gagga f'idu u amorin aħdar ġo fiha.
Kemm qabżet bil-ferħ Sandra x'ħin ratu. Ċensu l-ġar kien qabdu mill-ġnien tiegħu. Issa Sandra setgħet tkompli tgawdi għeluq snina.
Din l-istorja hija miktuba minn Trevor Żahra u miġbura fil-ktieb Inħobb Naqra Stejjer Qosra dwar Festi u Grajjiet.
Fil-festin, kulħadd libes kappell tal-karti. Il-mistenin kollha ġabu rigal sabiħ għal Sandra.