6
maltempata kbira
116
Kont qomt filgħodu meta bdejt nisma' maltempata kbira. Kien hemm is-sajjetti jfaqqgħu u l-beraq jixegħu s-sema. L-art kienet mifugħa bl-ilma tax-xita. Ippruvajt immur norqod, imma ma stajtx minħabba s-sajjetti dejjem ifaqqgħu.
Kont qegħda nibża' għax ix-xita baqgħat nieżla bil-qliel. Ix-xita lanqas waqfet sekonda, ma nafx għalxiex tagħmel ix-xita, imma nħobbha wkoll. L-iskola ġiet ikanċellata minħabba din il-maltempata kbira. Tgħidx kemm għamelt xita li kienet qisaha xmara kbira fit-triq.
Jiena mort niċċekja l-annimali u mort noqgħod mal-annimali. IL-maltempata kienet bdiet tieqaf naqra, imma wara għaxar minuti reġgħet bdiet nieżla ħafna. Jiena ddejjadqt bix-xita u r-ragħad dejjem ikarwat f'widnejja u kienet nieżla iktar xita minn qabel u l-annimali bdew jibżgħu. Ħin minnhom rajt persuna ġol-maltempata u jiena ma kontx kuntenta u bqajt nara x-xita nieżla.
Il-persuna bdiet tiġi iktar viċin sakemm indunajt lin kienet in-nanna fix-xita. Jiena bqajt fit-tieqa nara x-xita u s-sajjetti jfaqqgħu.
In-nanna ġiet tieħu kafe' u biex tagħmel kumpanija lili u lil ommi, imma x-xita ma waqfitx.