Kitba ta' Ittra



13, ll-Warda,

Triq Ħarruba,

Iż-Żejtun, ŻTN 1234

19 ta' April, 2024


Għżiża zija Ġuża,


Kif inti? Kif inhuma z-ziju Joseph u l-kuġini? Nispera li huma jinsabu tajbin. Il-familja tiegħi u jien kollha ninsabu qawwijien u sħaħ.


Zi, għandi sorpriża kbira għalik, imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xwiek. Għadni kemm għalaqt snini u tgħidx kemm qlajt rigali! Fost ir-rigali qlajt qattusa żgħira. Taf kemm hi ħelwa! Morna l-baħar u rajt granċ.


Zija Ġuża, is sorpriża li se niġu għandek l-Awstralja s-sajf li ġej! Se naslu hemm fl-1 ta' Lulju fl-għaxra ta' filgħodu. Se nkunu ommi, missieri, jien u ħuti. Int kuntenta li se niġu narawk zi?


Hekk se tkun ix-xitwa. Kif tkun ix-xitwa ta' hemm u x'tip ta' ħwejjeġ jaqblilna nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa magħna minn Malta? Iz-ziju, jew il-kuġini, irridu xi ħaġa?


Zi, ħa jkolli nieqaf nikteb nikteb għax ħa mmur niekol. Se jkolli seba' mitt sena' sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kullħadd sella għalikom u iġri jasal il-mument li niltaqgħu.


In-neputi tiegħek,

Mark