Spettaklu ta' talenti

Spettaklu fenomenali fil-Mużew taż-Żejtun


Fl-anniversarju tal-Mużew iddeċidejna li nuru spettaklu tat-talenti tagħna. Kien hemm mijjiet ta' nies li ħadu sehem f'din l-attivita' u din l-attivita' damet mis-siegħa sas-sitta ta' filgħaxija.


It-tfal kollha tal-Mużew taż-Żejtun ipparteċipaw biex juru t-talent meraviljuż tagħhom u b'kollox kien hemm iktar minn mitt student ippartieċipa. Kien hemm bosta spettakli bħal akrobazija, żfin, kant arti u sajd. Dawn is-spettakli huma kollha sbieħ imma ta' barra min hawn huwa s-sajd għax spettaklu li huwa rari biex tara lil xi ħadd ta' eta' żgħira jistadu. It-tfal bdew jitilgħu wieħed wieħed fuq il-palk. Kien hemm dawl qawwi isfar lellux. Kollha bdew jitkellmu fuq it-talent tagħhom u kien hemm tliet kwarti mit-tfal li taw spettaklu.


L-iktar ħaġa li dejqitni hija li ċertu tfal ħassewhom nervużi u b'hekk tgerfxu xi ftit waqt l-ispettaklu. Fl-istess ħin kien hemm min kien eċitat. Waqt l-attivita' bdejna niġbru xi fondi għall-istituti tat-tfal. Fl-aħħar tal-attivita', it-tfal ħadu sorpriża li tinvolvi l-preżenza tal-president ta' Malta. Kemm ferħu t-tfal.


Din kienet attivita' fenomenali għax kif rajt lit-tfal jifirħu messetli qalbi.