Imeldina u l-imbarazz




Imeldina kienet tħalli ħafna imbarazz

ma' kullimkien.


L-imbarazz kien jibda mill-kamra ta' Imeldina u jkompli jinxtered mad-dar kollha.


Ma stajtx tagħmel pass li ma tirfisx xi ħaġa

taħt saqajk jew tiżloq fuq xi pitazz

mitluq mal-art.


Jum fost l-oħrajn il-papa' qal li kien ġej il-bajjad u irridu niżbarazzaw.


Imeldina bdiet terfa' kollox bl-addoċċ basta teħles.


Għalhekk ġara li meta l- papa' fetaħ

il-friġġ sab ġakketta mitwija pulita'.


U meta l-mama'fetħet il-gwardarobba biex tieħu dublett waqaw fuq rasha għaxar

kotba, sitt lapsijiet,tlett gomom u temprina.


Kif Imeldina fetħet il-basket fuq il-bank tal-iskola sabet pigama, papoċċ tas-sodda u kalzetti.