Dakinhar li tfaċċa l-mostru
Dakinhar li tfaċċa l-mostru quddiem il-bieb tad-dar kien l-ikbar mument diffiċli f'ħajti.
Kien kmieni filgħodu, meta kien sar il-ħin għall-iskola.
Hekk kif ftaħt il-bieb tfaċċa monstru kbir quddiem il-bieb.Għalaqt il-bieb b'saħħa kbira għax bżajt.F'ħajti qatt ma kont rajt kreatura stramba bħal din. Kont bdejn ħalltejn ser nagħmel għax rridt immur l-iskola. Wara ftit iddeċidejt li niftaħ il-bieb. Erġajt sibtu ma wiċċi u dak il-ħin aċċetajt li ndaħlu ġewwa ħalli nara x'kellu bzonn.
Il-mostru kien kbir u kellu għajn wahda. Iżda bdejt inħoss li dan il-monstru ma kienx kattiv,iżda deher ħelu u qalbieni. Jien bdejt nistaqsih x'jismu u qalli li kien jismu Sam.
Sam xtaq li jagħmel ħbieb ġodda, iżda sfortunatament ħadd ma beda jaċċetta għax bdew jibżaw minnu. Meta kien għaddej minn ħdejn il-bieb tiegħi Sam ħass li jien kont ser naċċetta li se nagħmlu ħbieb għax kien jaf li jien qalbi tajba bħalu.
Tgħidx kemm feraħ u ftemnha li nżommu kollox sigriet u min dakinhar ' l hemm baqa jiġi darba fil-ġimgħa biex nilagħbu flimkien.