Il-Kitba: Inżommu Djarju


Is-Sibt 1 ta' Ġunju 2023


Għażiż djarju,



Illum malli qomt sibt lil ommi u missieri maġenbi jistennewni nqum. Malli qomt kantawli "Happy Birthday" u tawni pastini zagħar biex immur inqassamhom lill-ħbieb tiegħi. Illum għalaqt għaxar snin, il-ħbieb li mort għandhom ukoll kantawli u veru ħadna gost flimkien.Flimkien ma' ħuti bqajna sejrin Marsaxlokk nieħdu ġelat u wara ħaduna l-bandli. il-ġelat veru kien tajjeb, kemm ħadt pjacir niltaqa' mal-ħbieb u nilgħab.

Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2023


Għażiż djarju,


Illum ommi u missieri ppreparawli festin zgħir id-dar sorpriża. Ġew ħafna mill-ħbieb tiegħi, nanniet u z-zijiet. Kemm qlajt rigali sbieħ u anki flus. Jien ħadt ħafna gost bihom speċjalment għax kulħadd qagħad ifissidni.


Il-ħabiba tiegħi Elisha bagħqet id-dar u qgħadna naraw film flimkien u nieklu l-ħelu.