Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin
rajt il-qattusa fuq il-ħirża tal-bir. Ommi u missieri kienu għadhom kif qaluli biex fil-ġnien ma ninżilx għax kienu għadhom kemm irranġaw il-ħirża u ħallew il-bir miftuħ.
Tlaqt kemm kelli saħħa nfittex lil ommi jew lil missieri biex ngħidilhom li l-qattusa qegħda fuq il-ħirża għax kien hemm l-għasafar itiru ħdejha. Lil ommi nzertajtha nieżla minn fuq il-bejt, qbattilha idha u għal ftit ma tgerbibniex it-taraġ biex ninżlu niġru. Xħin wasalna ħdejn il-bir sibna ħafna qsari fl-art u l-qattusa ma tidhirx. Ommi marret titawwal fil-bir biex tara tarax il-qattusa fih. Sadanittant jiena tlaqt niġri nfittex lil missieri biex jiġi hu ukoll. Malajr sibtu bis-sellum fuq spalltu biex jiġi jkompli jirranġa l-ġnien, ġbit lilu ukoll. Għal ftit ma kissirx il-linfa li hemm fil-kuritur bis-sellum. Ommi bdiet tgħajjat għall-għajnuna għax sabet il-qattusa tiggranfa mal-ħajt tal-bir.
Missieri ġġebbed mhux ftit biex jaqbad lill-qattusa. Jiena bdejt nibża' u nippanikja għax kont inħobbha ħafna lil Mica l-qattusa. Jiġġebbed minn hemm u jiġġebbed minn hawn fl-aħħar irnexxielu jtellagħha. Miskina kienet għasra u bdiet titrijed bil-bard u naħseb anke bil-biżgħa. Ommi marret iċċempel lit-tabib tal-annimali biex jaraha ftit u jiena mort inġibilha x-xugamani u l-kutri biex ingeddisha miegħi.
Avventura