Jien Triq ir-Reppublika:


Ħellow. Jien Triq ir-Repubblika. Tafu' biha? Naħseb tafu'. Mela, ħa ngħidlek fuq kif inqatta' l-ġranet tiegħi. Ħa nibdew mill-bidu.

Mela, filgħodu, nqum u nara l-ħamiem jiġru. Nara n-nies ġejjin mit-toroq tal-lemin u x-xellug tiegħi. Narahom idoqqu l-mużika jew xi raġel jagħmel xi ġirja kontra l-ħin. Nara t-tfal immoru l-iskola. Nara d-dar ta' Doris kullu ħmieġ inkallat. U nara d-dar ta' Joe kollu fjuri ta' kull lewn.

Ġieli jkun hemm xi Terrimaxka jdoqq jew xi ħadd ibiegħ l-għasel għall-ewro biss. F' Marzu jew fi Frar, insib in-nies jiċċelebraw il-karnival bil-kostumi jleqqu u kkuluriti. Nara xi wħud minnhom bil-maskri kollha disinji oriġinali. Nara n-nies jiċċelebraw il-Milied f' Diċembru bis-silġ kullimkien u jilbsu ħwejjeġ sbieħ bl-aħmar u aħdar. Nara' xi nies ikkantaw il-kant tal-Milied u jieklu kemm jifiħlu.

Bilejl, dejjem ikun hemm nies inaddfuni mill-ħmieġ kollu tan-nies u dak il-ħin vera nirrallassa u dejjem nieħu pjaċir. Imma l-aktar meta' nieħu pjaċir meta' jkun hemm ħadd u nista' nara l-istilel u l-qamar jleqqu fil-paċi u l-kwiet!

Imma l-ġranet meta nidħak daħka meta' xi raġel jaqa' mal-kelb u meta' l-ħamiemu jagħmel x' għandu jagħmel fuq xi tifla mqarba jew meta l-ħwienet ikollom xi folla nies jridu jixtru kull m' hemm fil-ħanut u l-bejjiegħa tal-ħanut ma jistagħux jgħinu l-kulħadd u jaqgħu! Dejjem hawn xi ħaġa jiġri f' triq ir-Repubblika!

Imma hemm xi ħaġa li ma jogħġobniex. Le, mhux id-dar maħmuġa ta' Doris. Imma din il-ħaġa hi ismi. Ma jogħġobniex għax mhux isem li jinteressani. Imma ifhimni, mhux kulma jleqq deheb. Imma kieku kelli nibdel ismi, kien ikun Triq il-Kummiedji għax il- ħin kollu hemm xi kummiedji jiġri f' Triq ir-Repubblika.





Tmiem