Fis-Suq

L-istorja hija fuq żewġt aħwa, Karmen u

Kevin li jmorru is-suq mal-mama'.


L-istorja hija miktuba minn Trevor Zahra u tinsab fil-ktieb Inhobb Naqra Festi u Ġrajjiet.


Darba Karmen u Kevin marru mal-mama' sas-suq. Il-mama' riedet tixtri xi ħut u frott.

Is-suq kien hemm kull tip ta' bejjiegħ. Min ibigħ id-drapp, min ibigħ l-ħaxix u l-frott u anke tal-ħut. Kul bejjiegħ jiftaħ il-gargi biex ibigħ. U n-nisa jqallbu fl-affarijiet biex isibu l-aħjar prodott.


Il-mama' xtrat dak li kellha bżonn. Fit-triq iltaqgħet ma' Doris u bdew jitkellmu. Kevin ra bejjiegħ tal-flieles. Kemm kienu ħelwin, jaqbżu u ipespsu.


Kevin mar ħdejhom. Kemm xtaq wieħed. Kien sejjer jgħid lil

ommu iżda ma sabix hemm. Malajr qasam qalbu u beda jibki.

Kulħadd beda jdur miegħu u jżiegħel bih. Min xtralu ġelat, min

biċċa ċikkulata u anke fellus.


F'daqqa waħda tfaċċat il-mama'. It-tnejn kienu fis-seba' sema x'ħin raw lil xulxin. U Kevin, Karmen u ommu marru lura d-dar kuntenti.