X'nixtieq insir la nikber

La nikber nixtieq insir gwardjan. Ix-xogħol ta' gwardjan huwa li jieħu ħsieb il-ħabsin. Il-gwardjan ikollu manetti, pepper spray, teaser u lembuba. Il-gwardjan għandu uniformi sewda. Ix-xogħol ta' gwardjani huwa perikoluż, imma jien kuraġġuż. Dan ix-xogħol inħobbu għax inżomm l-ordni fil-ħabs. Jien għandi ziju gwardjan u jirrakkonta l-istejjer tal-ħabs. Ġieli jkunu tad-daħk.