Is-Supereroj Favorit Tiegħi
Is-supereroj favorit tiegħi huwa Spiderman. Huwa kien imur l-iskola bhalna. Kien
tifel normali jgħix ġewwa l-Amerika imma darba waħda gidmitu brimba partikolari
u biddlitlu ħajtu kompletament. Permezz ta' din il-gidma huwa akkwista poteri
speciali.
Jien jogħġobni bħala supereroj għax għandu kostum mill-isbaħ. Il-kostum tiegħu huwa aħmar u blu u fih strixxi u kaxxi li jixbhu ħafna l-għanqbuta. Fin-nofs fuq is-
sider hemm stampa ta' brimba sewda.
Jien nammirah għax huwa għandu missjoni waħda li jsalva lin-nies mill-periklu. Spiderman isalva lill-anzjani xi serqa jew xi tfal li jkunu se jweġġgħu.
Jien jogħġbuni il-films ta' spiderman għax l-istejjer huma avventurużi. Wieħed mill-poteri specjali tiegħu huwa li jispara l-għanqbut minn idejh. Darba fost l-oħrajn, kellu ġlieda ma' AVENĠERS u f'dan l-episodju huwa qatt ma ġie lura!
Mill- istejjer kollha tiegħu/ dejjaqni biss laħħar film meta huwa ma ġiex lura.
Kulħadd baqa jistaqsi x seta ġaralu spiderman. Kemm ħallieni bil-kurżita! Jien
xewqa waħda għandi biss li jsir film ieħor u l-avventuri jkomplu!