Ittra lill-ħabib biex tiestidnu għall-festin tal-Millied

50, Dar is-Sabiħa,

Triq tal-Papa',

Birżebbuġa,

19 ta' Diċembru 2020

Intro: Kif inti ?. Nispera li qed tieħu gost mal-familja tiegħek f'dawn il-vaganzi tal-Milied. Nixtieq ninfurmak li se norganizza festin virtwali għall festi tal-Milied.



Body:Il-festin se jkun fil 25 ta' Dicembru fis-sebgħa ta' filgħaxija u għal dan il-festin se nistieden it-tfal tal-klassi kollha. Biex tipparteċipa trid tagħfas fuq il-link li ser inkun qed nibgħat iktar tard fuq MSTeams. Biex nidħlu aktar fl-atmosfera tal-Milied inħeġġek biex tilbes xi kostum jew flok tal-Milied u żżejjen il-kamra bid dawl ikkulurit u xi siġra tal-Milied. Għall-ikel ħa nordna pizzez mingħand id-Dominos jew Mc Donalds skont l-għażla tagħkom. Jien ippjanajt ħafna attivitajiet bħal kant tad diska tat-tifel tat-tambur u logħob tal-karti virtwali 'online' u ħafna aktar ***. Jekk trid tista tiżfen mal- mużika u l-aqwa żeffin jirbaħ riġal ta' €5 mill-ħanut tal-ġugarelli.



Conc: Jekk jogħġbok ibgħatli messaġġ fuq Messenger jekk int interessat li tingħaqad magħna u x'tixtieq li tiekol sa mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin ta' Diċembru.


Dejjem tiegħek,

Noah

Għażiż Derson,