Ir-Robot

Ma stajtx nemmen lil għajnejja u lil widnejja meta rajtha. Kienet robot kbira u twila iktar minni u malli lemħitni nittawal mil-ħbieb, qaltli, " Hello, jiena Tina: ir-robot li taf tagħmel kollox."


Apparti li xħin tara, taħsibha li hija tifla ta' veru, Tina taf tagħmel kollox mingħajr ma jkolli bżonn nikmanda! Belħitni xħin rajtha taħsel l-art u tnaddaf kullimkien. Kull filgħodu tibda billi tagħmel il-kolazzjon u ssajjar l-ikla ta' fligħaxija. Imbagħad tara sejra tiżbarazza kullimkien. Dejjem iġġibli għajnejja wara widnejja. Kif nasal lura mill-iskola, tara ġejja tgħini fix-xogħol li tkun tagħtni l-għalliema. Wara noqogħdu nilgħabu flimkien, naqraw xi ktieb nbiddilha l-ħwejjeġ. Kultant ikolli wkoll nbiddilha l-batteriji għax inkella ma tibqax fiffunzjonha.


Kemm hi ħelwa din Tina. Illum jien hu hi sirna ħbieb kbar u ma jista' jifridna xejn u ħadd.