Dwari
Jien jisimni Noah Persico,twelidt fil-ħmistax ta' Ġunju ta' 2011 u għalhekk għandi disa' snin. Għandi xagħri qasir u iswed u għajnejja kannella. Jien tifel twil u imbaċċaċ. Noqgħod ġo dar kbira f'Birżebbuġa ma' ommi u missieri, Għandi tlett annimali li huma għasfur li jismu Ġuġu,fighter fish li jismu Shedow u squirrel jismu Speedi. Jien immur l-iskola San Benidittu Birżebbuġa u qieghed fil-ħames sena. Għandi ħafna ħbieb fil-klassi li jisimhom Zaiken, Derson, Adam, JeanPaul, Jamie, Zvadin, Jack , Amy u Mohammed. Fil-ħin liberu tiegħi jien inħobb naqra xi ktieb interessanti bl-Ingliż u mmur insuq ir-rota fil-kampanja jew ħdejn il-baħar. L-iktar li nkun ferħan meta mmur xi vaganza fl-Ewropa.