Darba waħda kien hemm monstru b'ħafna għajnejn kullimkien fuq ġismu. Hu kien twil daqs bniedem u kellu kulur aħdar skur. Dan il-monstru ma kienx kattiv imma kien joħroġ bil-lejl biex jgħin lil min ma jistax jorqod.


Dan il-monstru l-ewwel ma ltaqa' kien ma' tifel żgħir. It-tifel kien ġo kamartu u ma setax jorqod. Il-monstru daħal ġol-kamra tat-tifel inkiss inkiss u qal kliem maġiku. Meta l-monstru qal dawn il-kliem, it-tifel mill-ewwel marret għajnu bih. Il-monstru ħassu ferħan se jtir għax għin lit-tifel jorqod.


Darba dan il-monstru ġie fil-kamra tiegħi. Jien smajt ċekċik u qomt maħsud biex nara x'ġara. Meta qomt rajt il-monstru quddiemi. Jiena għajjat kemm flaħt. Meta l-monstru ra hekk beża' u ħarab jiġri 'l barra mid-dar tiegħi. Il-ġenituri tiegħi ġew jiġru biex jaraw x'ġara. Jien għidtilhom li rajt monstru fil-kamra tiegħi imma ħarab jiġri mid-dar. Ommi ħasbet li kont qed noħlom imma missieri emmini.


Jiena kont ċert li rajt il-monstru imma fl-istess ħin ħsibt li mhux vera.

Meta ltqajt ma' Mostru