Storja 2:
Kien is-Sibt 24 t' April meta stenbaħt filgħodu wara ġimgħa tqila ta' skola. Ħassejt ġismi twil wisq u x' ħin ittewibt għamilt ħoss stramb! Tlaqt fil-kamra tal-banju biex naħsel wiċċi u x'ħin rajt lili nnifsi fil-mera, ħsibtni għadni qed noħlom!
Fil-mera kien hemm wiċċ ta' żiemel kannella ċikkulata! Tfajt l-ilma fuq wiċċi biex forsi nistenbaħ sew, imma x'ħin erġajt ħarist fil-mera, Inċilt l-isfel fil-kċina meta ommi bdiet twerżaq u tgħajjat u tant bżajt li tlaqt niġri l' barra. Issa kif irrealiżżajt li matul il-lejl kont inbilt f' żiemel!
Bdejt niġri qisni ma nafx x' qed nagħmel, nies daħku biha, karozzi bdew ipaqpuli l-ħornijiet u iktar ġrejt u aktar bżajt. Fl-aħħar wasalt fejn għalqa kbira u dħalt nistrieħ. Ħadd ir-ruħ! Wara ftit ikkalmajt. Fil-bogħod smajt it-tpaċpiċ ġej minn ġo razzett. " X' qed nisma'? " Meta wasalt ħdejhom, rajt mogħża, papru, baqra u serduq. Ħarsu lejha. Kellimthom u għidtilhom x' ġara. L-ewwel daħku biha, imma imbagħad qabeż nagħġa. Qalet biex ma joqgħodux jidħku. Qalet li jista' jkun veru. L-annimali skużaw ruħhom.
Wara tlett minuti, ntroduċewni mal-fniek, mal-ġrieden, mal-klieb u żiemel ieħor. Kien iswed tuta. Kien jismu Derek. Kellimtu, lagħbt miegħu, u kilt miegħu.
Wara ġurnata twila, irqadt mal-ewwel. Meta qomt, sibtni ġol-lożor. Inżilt niġri ferħana sal-kċina, u għidt lil ġenituri x' ġara, imma m' emmnuniex. Imma ħassejt li kien veru.