L-Italja



Il-pajjiż tal-Italja qiegħed fl-Ewropa u huwa parti

mill-baħar Mediterran. Fuq il-mappa l-Italja nsibuha forma ta' żarbuna. L-Italja hija bejn wieħed u ieħor erbgħa sigħat 'il bogħod minn Malta. Il-belt kapitali

tal-Italja hija Ruma. Fl-Italja insibu wkoll il-Vatikan. Il-Vatikan huwa l-post fejn joqgħod il-Papa. Il-bandiera tal-Italja fiha tliet kuluri, dawn huma aħdar, aħmar u abjad. Fl-Italja joqogħdu madwar sittin miljun ruħ.