Ilbieraħ 23 ta' Marzu 2021, seħħet ġrajja li ilha ma tiġri ġewwa Malta għal ħafna snin.
Għall-ħabta tal-għaxra ta' filgħodu seħħ Tsunami. Il-każ seħħ wara li waqgħet dalma man-naħa t'isfel ta' Malta. Mewġ kbir tela' għall-art. B'konsegwenza t'hekk kien hawn ħafna ħsarat fosthom li l-ilma kaxxar ħafna karozzi, ħafna bini ġġarraf u kaxkar miegħu ukoll lin-nies. Minn dawn in-nies għad hemm min ma nstabx. Skont informazzjoni li għandna s'issa nstabu erba' min-nies mejta.
Tkellimna ma' wieħed raġel li rnexxielu jiskappa dan it-Tsunami. Dan qalilna x'ra hu...
"L-ewwel rajt ħafna nies jiġru 'l fuq ippanikkjati, kulħadd iwerżaq u jgħajjat 'Iġru 'l fuq'. Ħafna bini ġġarraf bil-mewġ."
Qed nitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex min jista' jgħin lil dawn in-nies. Kull għajnuna hija apprezzata.
Tsunami Ġewwa Malta
Jirrapporta Andre Mercieca Bugeja
24 ta' Marzu 2021
Il-Ġurnal