Familja ġdida għal Ken

Filgħaxija il-familja Grech kienu qed jieklu l-insalata tat-tiġieġ meta fuq it-televixin deher riklam biex taddotta. Il-familja Grech ma kellhomx tfal allura pruvaw jaddottaw.


Il- familja Grech marru biex jiffirmaw il-karti tal-addozzjoni ta' tifel jismu Ken li joqgħod l-Indja. Fl-aħħar kienet waslet il-ġurnata biex imorru l-Indja. Meta waslu Ken mar jiġri u għannaqhom. Il-familja Grech ma setgħux jieħdu lil Ken mall-ewwel u kellhom joqogħdu l-Indja tliet ġimgħat.


Fl-aħħar setgħu jmorru lura Malta ma' Ken u jkunu familja ikbar. Ken ħassu ferħan li xi ħadd addottah . L-għada Mrs Grech iddeċidiet li tixtri kelb għal Ken. Tgħidx kemm feraħ Ken!