Safra mill-aqwa
Fit-3 ta' Lulju 2016, jien u l-familja tiegħi morna Londra. Magħna ġew anke familja oħra, ħbieb tagħna. Aħna konna qed noqogħdu ġo lukanda kbira. Kellna tlett kmamar tas-sodda u kien hemm ukoll pixxina kbira. Fil-ħamsa neqsin kwart ta'filgħodu aħna wasalna l-ajruport. Domna tliet sigħat biex wasalna Londra.
Hekk kif wasalna fil-lukanda jien imbuttajt lil oħti fil-pixxina. Jien u l-ħbieb tieġħi dħakna daħka għax hi spiċċat fil-pixxina bil-ħwejjeġ b'kollox. Malajr pattithieli għax l-għada, waqt li kont rieqed fuq ix-xugaman, qabditni u tefgħetni bix-xugaman b'kollox fil-pixxina. Għamilt naqra nervi imma malajr għaddieli għax jien bdejt l-ewwel b'din iċ-ċajta. Barra naqbżu u ngħumu fil-pixxina, aħna morna nixtru l-ħwejjeġ u żorna xi postijiet famużi. Aħna morna fejn toqgħod ir-reġina tal-Ingilterra. Aħna kellna l-fortuna wkoll li mmorru niltaqgħu mal-Prinċep Charles ukoll.
Fl-10 ta'Lulju 2016, aħna morna lura Malta. X'ħin wasalna lura d-dar, jien għamilt jumejn bil-geddum u bdejt nibki wkoll għax xtaqt li għadna hemm.
Aħna vera ħadna gost u nixtieq li darb'oħra nerġgħu mmorru.