Il-passatemp tiegħi
KWL, Flat 1, Triq Napuljun Karwana Dingli, Ħal Tarxien
Il-Ħamis, 26 ta' Jannar
Għażiża Iona,
Kif inti l-ewwel nett? Nispera li kollox tajjeb. Jien kollox sew. Qed niktiblek din l-ittra biex ngħidlek ftit dwar il-passatemp tiegħi. Bdejt dan il-passatemp meta kelli disa' snin. Dan il-passatemp jogħġobni ħafna, ifhem allaħares le.
Bdejt dan il-passatemp għax għal-għeluq snini ridt nixtri r-'roller skates'. Il-mama' kont għidtilha u xtratli par. Meta kont qed nipprohom fil-ħanut kelli seba' mitt sena sa biex nixtruhom. Ir-'roller skates' għandhom forma ta' butz ( iż-żarbun ) bir-roti fuq il-qigħ. Dawk l-erba' roti huma biex qisek timxi. Meta tkun ilek tipprattika tibda s-suhom bil-mod il-mod.
Ħafna mid-drabi trid tużhom fuq art lixxa għax inkella ma tridx wisq li taqa' għal wiċċek. It-teknika biex issuq ir-'roller skates' hi li meta s-suq ipprova tħarisx 'l isfel għax inkella titlef il-bilanċ u żomm idek miftuħin qisek għasfur biex ikollok bilanċ. Hemm żewġ tipi l-ewwel wieħed bħal kif għandi jien b'erba' roti kollha wara xulxin jew b'erba' roti imma tnejn ħdejn xulxin u tnejn oħra warajhom.
Jogħġobni dan għax tħadem saqajk u meta titgħallem sew iktar tieħu gost. T'ħajjart għax darba rajt lil Michela bihom u bdew jogħġbuni ħafna. Dan ix-xogħol għalmituli l-mama u jien għallimtu lil kuġinti.
Nispera li nisma' mingħandek dalwaqt. Tista' wkoll tgħidli ftit dwar il-passatemp tiegħek.
Ħabiba tiegħek,
Ella Marie