Lura Fiż-żmien
Timmaġinak fiż-żmien l-imgħoddi? Illum qomt u sibt ruħi fil-kamra tas-sodda ta' nannti meta kellha daqsi. Nannti kienet imqajma u qed tkellimni, ma kelliex dubju għax jien u hi dejjem ma jirnexxilniex norqdu. Ħutha kollha kienu reqdin anki ommha u missierha.
Kienet qed torini l-kmamar. Kemm kienu jgħixu fil-foqor dak iż-żmien! Kellhom bżon jinħaslu ġo friskatur għax ma kellhomx banju, il-kamra tal-banju ma kienet xejn sura ħdejn tal-llum. Kienu tmien aħwa kollha ġo kamra waħda jorqdu! Immaġina kulħadd ġo xulxin biex jorqod! In-nanna talli ma tkunx tista' torqod tmur ġo rokna sa kemm titla' x-xemx. Hemmek bdiet tkellimni. Kellhom dar żgħira ħafna.
Matul il-ġurnata kienu jilagħbu biż-żibeġ, il-ħabel, passju, futbol/ballun, pupi u bum bum il-bieb. In-nanna kienet tħobb tilagħab bill-ballun u l-ħabel. Jien kont inħobb nilagħab bum bum il-bieb u żibeġ. L-aħwa bniet kienu jilagħbu għalihom u subien għalihom issa n-nanna kienet tmur tilagħab mas-subien.
Jien kont qed nieħu gost ħafna. Issa għandna ċertu kumdita' li f'dak iż-żmien ma kellhomx. Ċertu għaffarijiet, wkoll, li llum huma ta' kuljum għalihom kienu tas-sinjuri bħal banju. Huma wkoll kienu kuntenti imma naf li xtaqu aħjar.
Biex ġejt lura xi ħadd kien imbuttani għal ġo ċirku fl-arja! Issa nsib ruħi fil-kċina qed niekol! Issa ngħid lin-nanna kollox!