Maltempata Kbira

Kien il-5 ta'Frar 2018, meta jien kont rieqda fis-salott b'kutra ħamra fuq saqajja meta stembaħt għax smajt sajjetta kbira mat-tieqa! Kieet nieżla xita bil-qliel bis-silġ iħabbat mat-tieqa! Ħassejtni mbeżża' ħafna.

Mat-tieni sajjetta, mar id-dawl. Missieri mar jipprova jsewwi l-problema, imma ma rrnexxielux. Ħames minuti wara, kien hemm kesħa xxoqq l-għadam. Id-dar sħiħa kienet isa friża! Fl-aħħar, reġa ġie d-dawl, imma għalxejn għax ftit wara, kien hem dlamm ċappa.

L-għada kien agħar, għax qomna bid-dar mimlija ilma għax ommi ħalliet it-tieqa tal-kamra tal-banju miftuħa! Anzi l-mowbajl ma xxarrabx u stajna nċemplu għall-għajnuna biex jgħinuna nneħħu l-ima mid-dar. Wara li ċempilna, ġew il-pumpieri u reġgħu telqu meta lestew. Imbagħad fuq l-internet rajna li nħarqet dar minħabba sajjetta kbira! U rajna vidjo li l-ħut kien qiegħed jitla' fuq l-art!

L-għada ħadd ma seta' joħroġmid-dar tiegħu minħabba li l-maltempata kienet agħar! Kien hemm riħ li medd is-siġar mal-art u nkisret dar għax weqgħet siġra kbira fuqha!

Issa jiena għadni qed nibża' li ħa terġa' tiġri xi maltempata oħra. Nispera li ma terġax tiġri!